Veritajiet strambi li jeħtieġ tkun taf dwar l-ivvjaġġar bl-ajru

Поистине странные факты, которых вы не знали об авиаперелетах

Jekk tkun nervuż waqt it-titjira, oqgħod attent: minn iġsma mejta għal ċans li tintlaqat minn sajjetta – hawnhekk hawn 18-il fatt li jistgħu jġiegħluk tirtira l-biljetti tiegħek fit-titjira li jmiss. Fortunatament, li ttir, speċjalment fuq ġett privat, huwa wieħed mill-aktar modi sikuri biex tivvjaġġa (ġaladarba jkun irnexxielek titlaq b’mod sikur, ovvjament).

  1. Bosta piloti ntlaqtu minn sajjetti

Pilota jgħid: “Jien intlaqatt darbtejn minn sajjetta. Ħafna piloti ġralhom hekk. L-ajruplani huma ddiżinjati b’tali mod li l-bodi tagħhom jattira s-sajjetti. Ikun hemm tfaqqigħa u berqa qawwija, u dak kollox. Sajjetta ma tistax twaqqa’ ajruplan”.

  1. Bosta inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni tat-trasport ċivili jġorru katavri u organi umani.

Fuq Reddit pilota kiteb: “Bosta mill-merkanzija bl-ajru ssir permezz ta’ titjiriet kummerċjali. Waħda mill-merkanzija dejjem tkun immarkata HR, li tfisser “Human Remains” (Vdalijiet Umani). “Xi nies imutu waqt li jkunu ’l bogħod mill-post fejn xtaqu jiġu midfuna. Huma jitqiegħdu ġo kaxxa tal-injam, sabiex l-ebda passiġġier ma jara dak li hemm fiha. L-unika ħaġa suspettuża hi l-forma mhux tas-soltu tal-kontenitur.” Jekk tisma’ jew tara l-abbrevjazzjoni “HR” fuq titjira tad-Delta, dan ifisser li hemm ġisem mejjet fil-kompartiment tal-merkanzija.

Поистине странные факты, которых вы не знали об авиаперелетах

 

Xi kumpaniji, bħall-EasyJet, mhumiex involuti f’operazzjonijiet ta’ merkanzija bl-ajru, għalhekk tista’ taċċerta ruħek li fl-istivi tagħhom m’hemm l-ebda tebut.

Iżda xi drabi jiġri li passiġġieri jmutu waqt it-titjira, u linji tal-ajru differenti jittrattaw din il-kwistjoni b’modi differenti.

  1. Meta l-piloti jgħejjew, xi darbi jaqbdu u jorqdu fil-kokpit

Skond stħarriġ li sar mit-trejdjunjin tal-piloti tar-Renju Unit BALPA (Assoċjazzjoni tat-Titjiriet Brittaniċi) aktar min-nofs il-piloti (56%) jammettu li tibda tmur għajnejhom bihom fil-kokpit. Barra miinn hekk, kważi terz ta’ dawk li wieġbu (29%) jgħidu li kien hemm drabi meta qamu u sabu l-kopiloti tagħhom reqdin ukoll. 

  1. Ir-Rolls Royce tittestja l-magni tal-inġenji tal-ajru billi tispara tiġieġ mejta minn pistola

L-għasafar itiru b’veloċità ta’ 299km/h, u għalhekk qisu bħal meta tilgħab Angry Birds.

 Поистине странные факты, которых вы не знали об авиаперелетах

  1. Is-sigurtà fl-avjazzjoni mhix ta’ għajnuna għall-ekwipaġġ li jkollu jħabbat wiċċu ma’ passiġġier fis-sakra

Ta’ spiss jiġri li passiġġier fis-sakra jagħmel l-istorbju abbord. Fil-fatt, huwa magħruf li din il-manuvra tintuża mit-terroristi: b’dan il-mod tista’ tiċċekkja jekk hemmx gwardji lebsin pajżan abbord. Jekk trid tnaqqas il-probabbiltà ta’ ħajġakk, l-uniku mod hu li tikri ajruplan privat.

  1. Ta’ spiss iżommu mannara abbord

Operazzjoni sikura tirrikjedi li ħafna drabi jkun hemm mannara abbord l-inġenju tal-ajru, li tista’ tkun utli jekk wieħed ikollu bżonn ikisser tieqa jew ħajt, f’każ ta’ ħruq minn kejbil tal-elettriku. Allegatament, il-pilota tal-German Wings Patrick Sondenheimer uża mannara biex jipprova jidħol fil-kokpit, fejn il-kopilota tiegħu Andreas Lubitz kien issakkar u mbagħad saq l-ajruplan fil-blat iebes tal-Alpi Franċiżi.

  1. Il-headphones fuq l-ajruplani jistgħu ma jkunux ġodda fjamanti

Impjegat anonimu tal-linja tal-ajru qal: “Il-headphones li jitqassmu lill-passiġġieri f’titjiriet twal, mhumiex ġodda fjamanti, anke jekk ikunu ssiġillati f’borża tal-plastik. Hu fatt li wara kull titjira jitnaddfu u jerġgħu jissiġillawhom. Din mhix l-unika ħaġa diżgustanti li tista’ tiltaqa’ magħha fil-kabina tal-inġenju tal-ajru.” Probabbli l-passiġġieri jistgħu jistennew li ma jiġrix hekk fuq ajruplani privati biss.

  1. Id-dawl tal-kabina jitbaxxa waqt l-inżul f’każ li jista’ jseħħ xi inċident

Il-pilota Tim Morgan kiteb fi Quora: “Meta l-ajruplan jinżel bil-lejl, id-dawl tal-kabina jintefa f’każ ta’ bżonn t’evakwazzjoni waqt l-inżul. B’dan il-mod għajnejk jistgħu jadattaw għad-dlam u tara aħjar meta toħroġ mill-inġenju tal-ajru.”

Поистине странные факты, которых вы не знали об авиаперелетах

  1. L-awtorità tal-pilota

Il-piloti għandhom permess legali jarrestaw in-nies, joħorġu multi u anke jkunu xhieda tat-testment.

  1. Żomm lura mill-kafè

Utent wieħed kiteb fuq Reddit: “Il-kafè hu assolutament diżgustanti għax ħadd ma jaħsel il-kontenitur li joħroġ ta’ kull filgħodu. L-aġenti tal-istazzjon li jitħallsu ftit wisq ma jimpurtahomx li jridu jaħsluh. Jien ċertament ma kontx naħslu. Ukoll, għax ma konniex ningħataw il-provvisti xierqa biex naħsluh. Kemm konna nlaħalħuh u nixħtu l-kafè fih”.

  1. It-turbulanza hija aktar qawwija waranofsinhar

Il-messaġġ li ġej ġie ppubblikat fir-Reader’s Digest: “Jekk tkun nervuż waqt it-titjira, kemm jekk tuża ajruplani privati kemm dawk kummerċjali, ibbukkja titjira filgħodu. Huwa fatt li meta l-art tisħon tikkawża turbulenza fl-arja waranofsinhar, u barra minn hekk, hemm probabbiltà akbar ta’ maltempati waranofsinhar.”

L-airhostess tal-business jet iġġib kikkra kafè lill-passiġġier
  1. Li jasal fil-ħin huwa aktar importanti milli jwassal lill-passiġġieri kollha

Pilota ieħor qal: “Id-Dipartiment tat-Trasport tal-Istati Uniti tant qed jagħti prijorità għolja lill-puntwalità li ħareġ digriet, fejn il-piloti ma jistgħux jittardjaw it-titjira, anke jekk kważi 20% tal-passiġġieri jkunu tard minħabba d-dewmien fit-titjira konnessa.”

  1. Il-kopiloti jiġu servuti menus differenti

Il-kopiloti kemm tal-inġenji tal-ajru privati u kemm dawk kummerċjali jieklu l-istess ikel minħabba r-riskju ta’ avvelenament mill-ikel. Dan jista’ jkun ta’ problema jekk iż-żewġ piloti jkunu veġetarjani. Huma wkoll ma jitħallewx jaqsmu l-ikel tagħhom.

Поистине странные факты, которых вы не знали об авиаперелетах

  1. It-tojlits jistgħu jinfetħu minn barra

Fil-kamra tal-banju hemm lukkett żgħir moħbi ġewwa s-sinjal ta’ WC. Jekk tiġbdu, il-bieb jinfetaħ. Peekaboo!

Поистине странные факты, которых вы не знали об авиаперелетах

  1. Fl-2003 ajruplan ġie ħħajġekkjat… u s’issa għadu ma nstabx.

Fil-25 ta’ Mejju, 2003, Boeing 727, immudellat mill-ġdid għas-servizz tal-merkanzija u għall-ġarr tal-karburant tad-diżil, ġie ħħajġekkjat minn żewġ mekkaniks. L-FBI u s-CIA bdew investigazzjoni internazzjonali, iżda l-ħajġekers qatt ma nstabu u l-ajruplan innifsu jidher li għeb fl-arja.

  1. Il-Prinċep Charles u l-Prinċep William m’għandhomx permess itiru flimkien

Fuq talba tar-Reġina, binha u n-neputi l-kbir qatt m’għandhom jitilgħu fl-istess titjira. Wieħed jifhem – ir-Reġina ma tistax taffordja titlef żewġ eredi f’daqqa jekk l-ajruplan jikkraxxja.

Поистине странные факты, которых вы не знали об авиаперелетах

  1. L-ivvjaġġar bl-ajru huwu t-tieni mod ta’ trasport l-aktar sikur

Jekk trid tkun taf, l-uniku trasport sikur aktar mill-ajruplan huwa l-lift.

  1. L-iqsar titjira kummerċjali fid-dinja hi bejn il-Gżejjer Orkney fl-Iskozja

Id-distanza tat-titjira bejn iż-żewġ gżejjer tal-arċipelagu Skoċċiż hi iqsar mir-runway tal-Ajruport ta’ Edinburgh. It-titjira minn Westray għal Papa Westray hi ta’ żewġ minuti li hi meqjusa l-iqsar titjira tal-passiġġieri skedata fid-dinja. Apparti li l-prezz tal-biljett tar-ritorn għal din it-titjira hu ta’ 63 dollaru.

Olga Shoshina

Vaganza tal-VIP f’ġenna tropikali
AVIA APP