X’hemm aħjar milli jkollok l-ajruplan tiegħek stess? Probabbilment, li jkollok ajruplan viċin tiegħek! Jinstema’ qisu xi miraklu, imma l-app tal-mowbaj ta’AVIAV, żviluppata riċentament minn TM (Cofrance SARL), tagħmel dan realtà. Kull ma għandek tagħmel hu li tniżżel l-app fuq l-ismartphone tiegħek mill-AppStore u tibda tużaha. Din l-applikazzjoni teknoloġikament avvanzata tgħinek tikri ġett, tagħżel kwalunkwe mudell ta’ inġenju tal-ajru skont il-ħtiġijiet u x-xewqa tiegħek, jew issir taf it-tbassir tat-temp għar-rotta ppjanata.


Il-Benefiċċji meta tuża l-app AVIA Charter

It-tim tagħna għamel sforzi kbar u ħadem fuq l-aħħar teknoloġija sabiex jiżgura li l-klijenti tagħna issa jkunu jistgħu:

  • Jikru ġett privat għal kwalunkwe destinazzjoni fid-dinja.
  • Jagħmlu rikwest huma stess – m’għandhom bżonn ta’ ebda assitenza jew li joqogħdu jagħmlu telefonati bla bżonn.
  • Jagħżlu ġett kummerċjali billi jdaħħlu l-parametri speċifiċi. Għandu jkun pjuttost faċli, kemm tispeċifika biss it-tul tat-titjira, in-numru ta’ passiġġieri u t-tip tal-inġenju tal-ajru.
  • Jagħżlu fost l-aktar mudelli ta’ inġenji tal-ajru avvanzati b’rekords ippruvati fl-industrija: Bombardier, Embraer, SukhoiSuperjet, Fokker, Cessna, Dassault Aviation, Gulfstream, Beechcraft.

Самолет в кармане

  • Jkunu żguri li l-inġenji tal-ajru kollha jinżammu f’kundizzjonijiet biex jaħdmu b’mod tajjeb, u dejjem jiddependu fuq l-ekwipaġġ professjonali li jagħti sapport abbord. AVIAV TM (Cofrance SARL) tikkopera biss ma’ fornituri ta’ servizzi tal-ajru fdati.
  • Jordnaw servizzi ekstra: trasferimenti mill-ajruporti, inklużi taxi bl-ajru; catering abbord – l-ikel u x-xorb favoriti tiegħek mir-ristoranti; dekorazzjoni fuq ġewwa tal-ġett għal avveniment partikolari; akkomodazzjoni komda, servizzi ta’ gwida u interpretu għal matul il-vjaġġ.
  • Iżommu rendikont tal-kundizzjonijiet tat-temp matul ir-rotta tagħhom, peress li din l-app intelliġenti tgħinek telabora l-aqwa itinerarju u twissik minn qabel dwar iż-żoni ta’ turbulenza u l-bidliet fil-kundizzjonijiet atmosferiċi matul it-titjira tiegħek. B’AVIA Charter, anke l-iktar vjaġġaturi li s-soltu joqogħdu pass lura jħossuhom aktar kunfidenti, peress li l-applikazzjoni żżommhom aġġornati dwar is-sitwazzjoni fuq barra tal-inġenju tal-ajru – it-temperatura u kundizzjonijiet oħra tat-temp. Barra minn hekk, il-piloti tal-ġettijiet privati ​​huma soċjevoli ħafna u bi pjaċir tagħhom lesti jaqsmu xi informazzjoni dwar x’jirrikkjedi x-xogħol tagħhom. Għalhekk toqgħodx lura milli ssaqsihom x’manuvrar ikunu qed jeżegwixxu jew għal x’ħin l-inżul ikun mistenni. Huwa diffiċli tikkomunika b’dan l-istess mod mal-piloti waqt titjiriet kummerċjali regolari, ovvjament minħabba raġunijiet ta’ sigurtà. AVIAV TM (Cofrance SARL) tinkoraġġixxi komunikazzjoni ta’ ħbiberija abbord mingħajr ma qatt tikkomprometti s-sikurezza u s-sigurtà.

Il-Karatteristiċi tal-app AVIA Charter

L-app AVIA Charter tal-mowbajl iġġiegħlek tħossok bħal qisu għandek ajruplan privat viċin tiegħek. Għaliex le? Inti diġà għandek iPhone. Iftaħ l-applikazzjoni,

  • Ikklikkja “Ibbukkja” fil-menu
  • Speċifika l-punti tat-tluq u tad-destinazzjoni.
  • Speċifika d-data u l-ħin li fihom l-inġenju tal-ajru għandu jittlesta għas-servizz tiegħek.

Jekk għandek mudell ta’ inġenju tal-ajru preferut, kemm tagħżlu biss mil-lista. Jekk tiġi f’dubju dwar liema inġenju tal-ajru trid tagħżel, ipprova l-option tal-għażla li hi bbażata fuq parametri speċifiċi, jew ibgħat rikwest sabiex maniġer ta’ AVIAV TM (Cofrance SARL) iċempillek lura u jiggwidak f’dak kollu li jkollok bżonn.

Самолет в кармане

Malli tlesti l-proċeduri tal-ibbukkjar, kull ma għandek tagħmel hu li tmur fit-terminal tal-VIP 15-il minuta qabel il-ħin tat-tluq u wara proċeduri faċli ta’ check-up kemm sempliċement titla’ abbord l-inġenju tal-ajru u toqgħod bilqiegħda .

AVIAV TM (Cofrance SARL) dejjem tibqa’ relevanti u toffri biss servizz online ta’ kwalità għolja u konvenjenti lill-klijenti tagħha. L-avjazzjoni tan-negozju qed tikber b’rata mgħaġġla u ma tagħżel xejn ħlief l-iktar teknoloġija riċenti u l-iktar sensara tal-ajru ta’ suċċess. Li tibbukkja titjira bl-app AVIA Charter huwa faċli – kemm tikklikkja ftit. Meta tagħmel rikwest, tkun tista’ tara flotta estensiva ta’ inġenji tal-ajru madwar id-dinja. Agħżel minn kriterji speċifikati u agħmel l-għażla tiegħek.

AVIA Charter – konvenjenti, sempliċi, affidabbli u aġġornata.